Il-FIA ħabbret li l-investigazzjonijiet fuq il-flokk li libes Lewis Hamilton twaqqfu, hekk kif ma ħassewx il-bżonn li jiftħu kawża l-qorti. Però, hi se toħroġ numru ta’ gwidi dwar x’jista’ u x’ma jistax jintlibes qabel u wara t-tellieqa, fost diversi regoli oħra.
Hamilton libes il-flokk waqt iċ-ċerimonja kontra r-razzizmu qabel it-tellieqa, bil-flokk fuq quddiem jaqra “Arrestaw il-pulizija li qatlu lil Breonna Taylor”, filwaqt li fuq wara kien hemm ir-ritratt tagħha. L-ebda azzjoni ma saret ġewwa Mugello l-Ħadd li għadda.
Breonna Taylor kienet infermiera li ġiet maqtula fid-dar tagħha minn tliet pulizija fl-Istati Uniti.
//= $special ?>