Il-Ġermaniż Lennard Kamna li huwa ċiklist ta’ Bora-Hangrohe rebaħ is-16-il stadju tat-Tour de France, li fissret l-ewwel titlu tiegħu fit-Tour fil-karriera. Din kienet ukoll l-ewwel rebħa tat-tim tiegħu f’dan it-tour. It-tellieqa kienet twila 164 kilometru minn La Tour-du-Pin sa Villard-de-Lans.
Fit-tieni post daħal Richard Carapaz filwaqt li Sebastien Reichenbach akkwista t-tielet post.
Fl-aħħar telgħa tat-tellieqa, hekk kif Kamna ra lil Carapaz se jagħti s-salt, hu għamel ħiltu kollha u mar fuq quddiem fejn ħa vantaġġ ta’ minuta u 27 sekonda.
Kif spiċċaw: 1. Lennard Kamna 4hrs 12mins 52secs 2. Richard Carapaz +1:27, 3. Sebastien Reichenbach +1:56, 4. Pavel Sivakov +2:34, 5. Simon +2:35, 6. Warren Barguil +2:37, 7. Tiesj +2:41, 8. Nicolas Roche +2:479, 9. Quentin Pacher +2:51, 10. Julian Alaphilippe +2:54
Kif jinsabu fil-klassifika ġenerali: 1. Primoz Roglic 70hrs 6mins 47secs, 2. Tadej Pogacar +40secs, 3. Rigoberto Uran +1mins 34secs, 4. Miguel Angel Lopez +1mins 45secs, 5. Adam Yates +2mins 03secs, 6. Richie Porte +2mins 13secs, 7. Mikel Landa +2mins 16secs, 8. Enric Mas +3mins 15secs, 9. Tom Dumoulin +5mins 19secs, 10. Nairo Quintana +5mins 43secs
//= $special ?>