Futbol Sport

Rafael Leao ta’ Milan jinstab pożittiv għall-coronavirus

(Ritratt: EPA)

Rapporti fil-midja Taljana ħabbru li l-attakkant ta’ Milan Rafael Leao nstab pożittiv għall-coronavirus. Huwa mistenni jerġa jingħaqad mall-iskwadra fl-aħħar ta’ Settembru jew fil-bidu ta’ Ottubru. Leao se jitlef il-partita ta’ nhar il-Ħamis tal-Europa League kontra Shamrock Rovers, kif ukoll possibilment l-ewwel partita tal-kampjonat Taljan kontra Bologna.

Il-plejer jinsab f’iżolament u mingħajr sintomi, u fortunatament, ma kellhu l-ebda kuntatt mal-plejers ta’ Milan.

Il-klabb Taljan ma ħabbarx din l-istorja lill-pubbliku b’rispett lejn il-privatezza tal-plejer, però din l-aħbar saret magħrufa minn djalogu li kellhu l-plejer ma’ ħabib tiegħu.