Lokali

Rewwixta minn għadd ta’ immigranti f’Ħal Far

Net News jinsab infurmat li numru ta’ uffiċjali ta’ detenzjoni jinsabu preokupati mhux ftit wara li f’Ħal Far ilha għaddejha rewwixta mis-6pm tal-bieraħ.

Sa issa mhux magħruf x’wassal għal dan kollu iżda sorsi tagħna qalulna li numru ta’ immigranti bdew jappellaw għal-libertà.

Net News żar Ħal Far fejn fost l-oħrajn kienet evidenti li kien hemm ħsarat u tkissir fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni ta’ Ħal Far.

Sa issa ma nħarġet l-ebda stqarrija Ministerjali dwar dan.

Aktar dettalji ‘l quddiem.