Lokali

AFM b’ħidma ta’ salvataġġ mill-baħar f’Tas-Sliema

Membri mill-Forzi Armati ta’ Malta ġew msejħa f’Tas-Sliema, fiż-żona tax-Chalet, wara li minn tal-inqas żewġ persuni spiċċaw f’diffikultà fil-baħar.

Filwaqt li mhux magħruf x’wassal sabiex il-persuni involuti, allegatament barranin, spiċċaw fil-baħar qawwi – mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li xi persuna li kienet fuq il-post f’ħin bla waqt qabeż fil-baħar sabiex jagħti l-ewwel għajnuna.

Fil-post ġew msejħa minnufih il-Forzi Armati ta’ Malta li salvaw lill-persuni involuti fuq patrol boat.

Intant filmat mibgħut lil Net News wera l-waqt tas-salvataġġ fejn persuni qrib l-ixtajta taw l-indikazzjonijiet lil persuni fil-baħar sabiex jgħumu ‘l barra bil-għan li jevitaw li jweġġgħu serjament mal-blat.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.