Coronavirus Internazzjonali

Aktar min 5,000,000 każ ta’ Covid-19 fl-Indja biss

Qabżu l-ħames miljuni l-każi ta’ Covid-19 fl-Indja, hekk kif fl-aħħar ħamest ijiem biss kienu rreġistrati aktar minn 450,000 każ ġdid. Sa issa l-vittmi tal-virus f’dan il-pajjiż qabżu t-80,000 persuna.

L-Indja għandha popolazzjoni ta’ kważi 1.4 biljun persuna, b’madwar 12,500,000 persuna li jgħixu fil-belt ta’ Mumbai waħedha.

Intant il-Gvern Indjan qed ikompli jirrilaxxa aktar restrizzjonijiet hekk kif l-ekonomija ħadet daqqa enormi kawza tal-pandemija, u miljuni ta’ mpjiegi intilfu fl-aħħar xhur.

L-iskejjel, l-universitajiet u t-teatri taċ-ċinema fl-Indja għadhom magħluqin iżda f’ħafna żoni, l-gyms, ir-restaurants u l-bars jinsabu miftuħa għall-pubbliku.