Basketball Sport

Denver Nuggets b’rebħa storika fil-play-offs tal-NBA

Denver Nuggets għelbu lil LA Clippers fis-semifinali tal-play-offs tal-NBA u b’hekk saru l-ewwel li rnexxielu jirkupra minn żvantaġġ ta’ 3-1 darbtejn fl-istess play-offs biex kisbu post fil-finali tal-West Conference.

L-eroj għal Denver Nuggets kien Jamel Murray li skorja 40 punt fir-rebħa ta’ 104-89 li kisbu lbieraħ. F’kummenti li ta lill-midja wara l-partita Murray qal li l-plejers fit-tim jemmnu f’xulxin u b’hekk wasslet din ir-rebħa.

Il-partiti kollha tal-NBA qed isiru f’Disney World f’Orlando fejn it-timijiet kollha jinsabu iżolati f’din iż-żona biex kemm jista’ jkun jitnaqqas ir-riskju tal-coronavirus.