Coronavirus Futbol Sport

Fehervar bi plejer pożittiv għall-coronavirus

L-avversarji ta’ Hibernians fit-tieni rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa League, Fehervar sabu plejer pożittiv għall-coronavirus u mhux mistenni jivvjaġġa għall-partita ta’ għada.

Il-kowċ tal-klabb Ungeriż, Gabor Marton ukoll mhux mistenni jivvjaġġa wara li t-test tiegħu kien dubjuż. L-istennija issa hija għat-testijiet li l-bqija tat-tim irid jagħmel malli jasal f’pajjiżna bil-għan li l-plejers ta’ Hibernians ma jitpoġġewx f’riskju ftit jiem qabel ma’ jibda il-Kampjonat BOV Premier.

Jidher li Hibernians jinsabu mħassba b’din l-aħbar tant li kitbu lill-Awtoritajiet tas-Saħħa biex jaraw li tiġi salvagwardjata s-saħħa tal-plejers. Hibernians għamlu l-ewwel test tal-coronavirus bir-riżultati kollha jirriżultaw fin-negattiv.