Futbol Sport

Gareth Bale viċin li jirritorna ma’ Tottenham

(Ritratt: EPA)

Gareth Bale jinsab viċin li jirritorna ma’ Tottenham Hotspur b’self mingħand Real Madrid.

Dan ikkonfermah l-aġent ta’ Bale, Jonathan Barnett fejn qal li minkejja li l-klijent tiegħu jinsab viċin li jirritorna ma’ Tottenham, xejn ma huwa deċiż. Il-winger minn Wales kien ħalla lil Tottenham biex issieħeb ma’ Real Madrid fl-2013 fejn taħt it-tmexxija ta’ Zinedine Zidane ftit li xejn sab spazju.

It-tim imexxi min Jose Mourinho jinsab ukoll viċin li jakkwista lid-difensur ta’ Sevilla Sergio Reguilon wara li Tottenham jidher li rnexxielhom jegħlbu l-isfida ta’ Manchester United biex jakkwistaw lid-difensur.