Futbol Sport

Il-gowlkiper Rahsed Al-Tumi jissieħeb lil Arzachena fis-Serie D

Il-gowlkiper Malti ta’ 19 -il sena Rashed Al Tumi matul l-istaġun li ġej se jkun qiegħed jilgħab fil-Kampjonat Taljan tas-Serie D ma’ Arzachena.

Rashed huwa prodott ta’ Valletta u kien ħalla pajjiżna biex imur jilgħab fl-Italja fl-2016 meta ssieħeb ma’ ASD Katane Soccer. Fl-istaġun ta’ wara hu ssieħeb ma’ Palermo fejn lagħab għal sentejn sħaħ qabel ma kellu esperjenza mat-tim tal-Primavera ta’ Virtus Casarano.

Rashed Al-Tumi kien wieħed mill-gowlkipers msejjħa mill-kowċ Devis Mangia fil-kamp ta’ taħriġ li t-tim nazzjonali Malti kellu f’Lulju li għadda.