Coronavirus Edukazzjoni Lokali

Il-UPE tappella lil Abela biex ma jiftħax l-iskejjel

"Iż-żieda fil-każi ġodda m'għadhiex sostenibbli"

“Il-Prim Ministru Robert Abela għandu jikkunsidra immedjatament sabiex jagħlaq l-iskejjel.”

Appell mill-Union of Professional Educators – Voice of The Workes fi stqarrija fejn esprimiet it-tħassib ġenwin tagħha fl-isfond taż-żieda qawwija fil-każi ġodda ta’ Covid-19 f’pajjiżna. Fi stqarrija l-UPE saħqet li s-sitwazzjoni m’għadhiex waħda sostenibbli u li bil-ftuħ tal-iskejjel fi ftit jiem oħra l-każi ċertament ser ikunu qed jiżdiedu b’piż akbar fuq is-sistema tas-saħħa ta’ Malta u Għawdex.

Għaldaqstant appellat lir-Robert Abela sabiex il-lezzjonijiet isiru kollha kemm huma online, bl-istudenti jibqgħu d-dar.

Il-UPE saħqet li jekk din it-talba tiġi rifjutata mhux qed teskludi li tintroduċi azzjonijiet industrijali.