Lokali

Imfakkar il-35 xahar mill-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia

F’għeluq il-35 xahar mill-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, Repubblika organizzat programm speċjali fuq il-midja soċjali ta’ Facebook.

Matul il-programm ġie diskuss is-suġġett dwar għal liema raġuni l-Prim Ministru Robert Abela jrid li l-inkjesta pubbliku dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia tintemm mingħajr ma jħalli l-kors naturali tal-ġustizzja sseħħ.

Flimkien mal-kelliema – il-ġurnalista Kristina Chetcuti, l-Avukat Paul Borg Olivier u l-Professur Vicki Ann Cremona, flimkien mal-preżentatr Sergio Mallia ġiet diskussa wkoll is-sitwazzjoni dwar l-Electrogas u l-allegat korruzzjoni dwar il-bini tal-power station taħt it-tmexxija tal-Eks Prim Ministru Joseph Muscat, bil-mistiedna jsostu li x-xhieda li qed tinstema’ fil-Qorti qiegħda tindika li l-ġurnalista ġiet assassinata minħabba li kienet ser tikxef xi ħaġa dwar dan is-suġġett.

Matul is-siegħa programm il-mistiedna saħqu li fix-xhieda li qed tinstema’ fil-Qorti, il-Ministri fil-Kabinett ta’ Abela qed jikkontradixxu lil xulxin

 B’mod uninamu t-tliet mistiedna qablu li huma tal-ħsieb li wara l-Mexxej Laburista Robert Abela, għad hemm l-influwenza ta’ Joseph Muscat u nsistew li wara 35 xahar mill-mewt ta’ Daphne Caruana Galizia l-poplu għadu qed jistenna li ssir ġustizzja.