Futbol Sport

Isiru l-MFPA awards b’differenza

(Ritratt: maltafpa.com)

Ftit tal-ħin ilu ġew fi tmiemhom l-MFPA awards li din is-sena saru b’mod virtwalu kawża tal-pandemija tal-coronavirus. Numru ta’ plejers ġew premjati għall-istaġun 2019/2020 fejn kellu jintemm b’mod ħesrem lura f’Marzu li għadda minħabba l-istess pandemija.

Steve Borg rebaħ l-unur prinċipali, dak tal-Aqwa Plejer tas-Sena. L-Aqwa Plejer tal-Futsal kien Celino Alves ta’ Luxol St.Andrews, b’Erjon Beu ta’ Lija Athletic jirbaħ l-Aqwa Plejer tal-Ewwel Diviżjoni. L-Aqwa Referee rebaħa Trustin Farrugia Cann filwaqt li l-kowċ taċ-champions Floriana Enzo Potenza rebaħ l-Aqwa Kowċ.

Timothy Aquilina rebaħ l-Aqwa Gowlkiper Żagħżugħ, b’Joseph Mbong jirbaħ L-Aqwa Difensur Żagħżugħ. Matthew Guillaumier rebaħ l-Aqwa Midfielder Żagħżugħ u l-Aqwa Plejer Żagħżugħ, b’Aidan Friggieri jirbaħ l-Aqwa Attakkant Żagħżugħ.

Hayley Bugeja li bdiet l-esperjenza ma’ Sassuolo rebħet l-Aqwa Plejer Żagħżugħa Femminili, b’Loza Abera tiebaħ l-Aqwa Plejer Femminili. Matul is-serata ngħataw numru ta’ Awards Speċjali bir-rebbieħa jkunu Walter Sargent, Charlot Lanzon, Dorianne Theuma u Mark Brincat.

It-tim tas-sena kien iffurmat minn dawn il-plejers: Henry Bonello, Joseph Mbong, Ryan Camenzuli, Steve Borg, Enrico Pepe, Diego Venancio, Matthew Guillaumier, Jackson Mendoza, Kristian Keqi, Mario Fontanella u Caio Prado.