Sport Sport Ieħor

Konfermata l-ġlieda bejn Anthony Joshua u Kubrat Pulev

Il-promotur Eddie Hearn ikkonferma li l-ġlieda bejn Anthony Joshua u Kubrat Pulev se ssir xorta waħda anke wara bibien magħluqa.

Il-ġlieda mistennija ssir fit-12 ta’ Diċembru fl-O2 Arens f’Londra wara li f’Ġunju li għadda ġiet pospost minħabba l-pandemija tal-coronavirus fejn dakinhar kellha ssir fit-Tottenham Hotspur Stadium.

Fil-jiem li ġejjin is-Segretarju responsabbli mill-kultura, Oliver Dowden mistenni jiltaqa’ mad-diversi għaqdiet sportivi fl-Ingilterra fejn se tkun diskussa l-possibilità li jitħallew jidħlu mal-1,000 partitarju fl-avvenimenti sportivi.

Dan ifisser li anke f’partit tal-boxing il-partitarji se jkunu jistgħu jattendu, b’Hearn jgħid li kull sport jinsab f’riskju jekk l-avvenimenti sportivi se jibqgħu isiru mingħajr partitarji.

Anthony Joshua ġġieled l-aħħar f’Diċembru li għadda kontra Andy Ruiz Jr, bil-Bulgaru Kubrat Pulev huwa l-isfidant ewlieni għar-rebħ tat-titlu IBF kontra Joshua.