Lokali Temp Transport

“Kumpens fuqiex u bħal xiex?” – Ian Borg

Reazzjoni dwar l-għargħar

ARA x'qalilna Ian Borg dwar l-għargħar kbar fit-toroq fl-aħħar jiem

Gepostet von NET News am Mittwoch, 16. September 2020
L-ebda kumpens għall-għargħar hekk kif il-Ministru jgħid lin-nies jiftħu claim mal-insurance

Naħseb li wieħed ikollu jagħmel diskussjonijiet mal-insurance providers tiegħu.”

Is-sempliċi soluzzjoni li offra l-Ministru Ian Borg għal dawk li ġarrbu ħsarat t’eluf ta’ ewro fil-propjetà tagħhom mill-għargħar ikkawżati bi pjanar ħażin fl-infrastruttura wara l-maltemp tal-aħħar jiem.

Il-maltempata ma kinitx xi ħaġa li la kienet tal-ewwel u tal-aħħar. (…) Ikun hawn min jagħmel sajf sħiħ jitlob għaliha.”

Iżda bil-lista twila ta’ postijiet li fihom kien hemm għargħar kbar, fosthom f’Ta’ Xbiex, ir-Rabat, il-Gżira, il-Junction tal-Marsa u Triq Diċembru 13, l-Msida, l-Imqabba, u x-Xlendi f’Għawdex, Ian Borg ikkonsla lill-poplu billi qal li setgħu kienu iktar ippreparati u jkun hemm aspetti li tista’ ttejjeb. U bħala eżempju ġab l-għargħar kbar fis-Swieqi:

Ħafna mill-postijiet li kien hemm problemi, jidher li huma postijiet li ħadd ma intervjena. Per eżempju fis-Swieqi kien hemm dik it-triq mimlija ilma u ilha hekk għal għexieren ta’ snin. Lanqas fl-aħħar 7 snin, il-Gvern Laburista ma intervjena f’dik it-triq.”

Iżda minflok das-sajf tnaddfu jew twessgħu l-katusi biex l-ilma tal-għargħar bil-maltemp jeqleb għal ġol-wied, NET News huwa infurmat b’rapport li daħlilha l-Pulizija li xi ħaddiema ntbagħtu minn xi aġenzija nhar it-Tnejn biex iċarrtu ċint u l-ilma kollu li nġemgħa għerreq għalqa fil-viċin u l-annimali li kien hemm fiha.

Mistoqsija dwar dan, Ian Borg ma kien jaf xejn, bil-Pulizija tispiċċa jkollha tintervjeni t-Tlieta għaliex l-aġenzija reġgħet bagħtet lill-ħaddiema ikomplu jċarrtu ċ-ċinta u minflok ordnat li ċ-ċint jerġa’ jittella minnufih.

Mistoqsi dwar l-għargħar fi Triq Diċembru 13 li tlestiet minn Gvern Laburista, Ian Borg stqarr li ħadem fuqha l-eks Ministru Joe Mizzi u għalhekk qed titgawda mill-poplu, minkejja l-ilmijiet kbar.

Iżda għar-responsabbiltà politika, se jħalli lill-poplu jiġġudikah fuq il-ħidma li għamel fl-aħħar tliet snin.