L-eks Kap tal-IAAF instab ħati ta’ korruzzjoni u ngħata s-sentenza ta’ erba’ snin ħabs, b’sentejn minnhom ikunu sospiżi.
Lamine Diack nstab ħati ta’ korruzzjoni u ħasil tal-flus relatati mal-iskandlu tad-doping tar-Russja. Hu kien akkużat li aċċetta flus minn atleti li kienu suspettati li ħbew riżultati tad-doping u xorta waħda kkompetew fl-Olimpjadi ta’ Londra fl-2012.
L-avukati ta’ Diack qalu li se jkunu qed jappellaw mis-sentenza li huma sejħu li hija inġusta. Diack kien ukoll immultat is-somma ta’ €500,000. Fis-sentenza tiegħu, l-imħallef iddeskriva l-aġir ta’ Diack bħala wieħed li immina l-valuri tal-isport tal-atletika u l-ġlieda kontra d-doping.
Diack kien ilu arrestat f’daru sa mill-2015, bit-tifel tal-istess Diack fl-2016 kien sospiż għal għomru mill-atletika u ġie mogħti s-sentenza ta’ ħames snin ħabs u mmultat is-somma ta’ miljun ewro.
//= $special ?>