Għawdex Lokali

“L-Għawdxin qed jistennew Awtorita’ Reġjonali f’Għawdex li verament tagħmel id-differenza” – PN

Għall-Oppożizzjoni Nazzjonalista jidher ċar li minkejja li tul seba’ snin ta’ Gvern Laburista nbidlu tliet Ministri għal Għawdex, jibqgħu ħafna dubji kemm l-istess Gvern Laburista jemmen fl-Awtorita’ Reġjonali għall-Iżvilupp ta’ Għawdex li twaqqfet aktar kmieni din il-ġimgħa.

Dan tennewh it-3 deputati parlamentari Għawdxin tal-Partit Nazzjonalista, Chris Said, Kelliem ghal Ghawdex u r-Riforma Kostituzzjonali, Frederick Azzopardi, Deputat Whip, u Kevin Cutajar, Kelliem għall-Artijiet, Kostruzzjoni u Pjanar Sostenibbli.

L-Oppożizzjoni Nazzjonalista ssostni dan minħabba l-mod kif qegħdin isiru l-affarijiet u partikolarment minħabba dawn ir-raġunijiet:

  • seba’ snin jitlef żmien prezzjuz biex waqqafha u imbaghad ħabbarha b’sorpriza għal kulħadd b’mod vag u bla ma ta d-dettalji;
  • se jkollha rwol konsultattiv u ftit li xejn awtonomija mill-Ministeru għal Għawdex u saħħa biex tkun tista’ verament tagħmel il-bidliet għall-aħjar li Għawdex tant jeħtieġ;
  • sabiex din ta’ bilħaqq tkun tista’ taħdem b’mod effettiv favur Għawdex;
  • din l-awtorita’, biex b’hekk tilef okkażjoni li joħloq awtorita’ li tgawdi kunsens wiesgħa. 

Għal dawn ir-raġunijiet, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista hi tal-fehma  li bil-mod kif saru l-affarijiet, il-Gvern Laburista u partikolarment il-Ministru Clint Camilleri tilfu okkażjoni biex jagħtu lil Għawdex spinta oħra ‘l quddiem fil-mixja tiegħu.

Għalhekk, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista se tkompli tinsisti li kif dejjem emmnet, Għawdex ikollu awtorita’ reġjonali  b’viżjoni ċara għall-gżira, b’awtonomija sħiħa mill-Gvern b’membri eletti mill-Għawdxin, b’poteri definiti u b’riżorsi adekwati u dan biex l-iżvilupp li jeħtieġ Għawdex verament iseħħ. Anke’ hawn, il-Partit Nazzjonalista jrid bil-fatti jagħmel id-differenza fil-pożittiv f’Għawdex, kif wara kollox dejjem għamel fil-passat.