Lokali

Mandat intenzjonat biex ifixkel – UĦM

Fi stqarrija l-UĦM – Voice of the Workers spjegat li fis-27 ta’ Awwissu 2020, l-MUMN fetħu mandat t’inibizzjoni sabiex iwaqqfu lillGvern milli jagħti kundizzjonijiet aħjar lill-professjonisti tas-saħħa.

Hija spjegat li dan sar f’inqas minn sena minn meta l-MUMN kien fetaħ mandat ieħor fuq l-istess raġuni u kien tilfu wkoll. Illum, il-Qorti reġgħet tenniet li l-MUMN ma kellhiex raġun u għaldaqstant dan it-tieni mandat reġa’ ma ntlaqax.

L-unjin saħqet li d-digriet tal-lum juri b’ mod ċar li l-intenzjoni tal-MUMN kienet waħda malizzjuża intiża biss biex tagħmel ostakli fil-proċess finali biex il-professjonisti tas-saħħa jieħdu dak li ħaqqhom.

Il-UĦM sostniet li dan il-mandat kien biss intenzjonat biex ifixkel. Issa li
m’hemm xejn x’jimpedixxi aktar dan il-ftehim, il-UĦM qed tappella lill-Gvern sabiex minnufih juri r-rieda sabiex in-negozjati li ġew konklużi jiġu issa msarrfa fi ftehim finali bejn iż-żewġ naħat.