Sport Sport Ieħor

Miguel Angel Lopez jirbaħ is-17 -il stadju tat-Tour de France

Miguel Angel Lopez rebaħ is-17 -il stadju tat-Tour de France meta rnexxielu jasal fit-tappa finali 15 -il sekonda qabel Primoz Roglic li minn naħa tiegħu saħħaħ l-ewwel pożizzjoni fil-klassifika ġenerali.

B’din ir-rebħa, Lopez tela’ fit-tielet post fil-klassifika ġeenrali. “Inħossni verament emozzjonat” qal Lopez wara li rebaħ dan l-istadju. It-Tour de France ikompli għada bit-18 -il stadju li se jsir bejn Méribel – La Roche-sur-Foron fuq distanza ta’ 168 km.