Lokali Transport

Min isib xi pjanċa għandu jeħodha fl-eqreb Għassa

Il-pjanċi mitlufa m'għandhomx jittellgħu fuq il-media iżda jsir rapport

Il-Pulizija fakkret lil dawk li jsibu xi pjanċi ta’ reġistrazzjoni ta’ vettura li huma marbuta jeħduha fl-eqreb Għassa u mhux jittellgħu ritratti ta’ diversi pjanċi fuq il-midja soċjali.

Minn hemm, il-Pulizija tagħmel kuntatt mas-sidien rispettivi sabiex il-pjanċa tinġabar lura.

Dan b’rabta mal-pjanċi li nstabu wara l-għargħar fit-toroq li kellna fl-aħħar jiem madwar il-gżejjer Maltin.

Il-Korp tal-Pulizija appella lil dawk kollha li tilfu xi pjanċa minn mal-vettura tagħhom li jridu jagħmlu rapport fl-eqreb għassa tal-Pulizija sabiex jiġu infurmati f’każ li din tinstab jew sabiex tinħareġ pjanċa oħra minn Transport Malta.