Minħabba miżinformazzjoni u nuqqas t’ għarfien sħiħ tar-rwol tal-Avukat u tal-proċess ġudizzjarju, qed jinbtu rapporti negattivi fil-konfront ta’ membri tal-Professjoni legali.
Fi stqarrija, il-Kamra tal-Avukati saħqet u fakkret fuq id-dritt fundamentali li kull persuna għandha tiġi assistita minn avukat tal-għażla tagħha u d-dritt ta’ difiża f’kull stadju ta’ proċeduri ġudizzjarji.
“Ir-rwol tal-avukat huwa propju dak li jipparteċipa fil-proċess sħiħ biex issir ģustizzja,u dan mingħajr mal-avukat ma għandu jiġi mwaħħad ma’ dak li allegatament ikun għamel il-klijent tiegħu jew ikkritikat propju u sempliċiment għaliex qeda dmiru. Mhux aċċettabbli li s-sempliċi rappreżentanza minn avukat ta’ klijent partikolari tiġi meqjusa bħala xi ħaġa ta’ mistħija,” tenniet il-Kamra tal-Avukati.
Il-Kamra tal-Avukati temmen li ħadd ma għandu jimmina dan d-dritt fundamentali, tisħaq li sabiex tkun żgurata s-saltna tad-dritt huwa essenzjali li kull avukat jitħalla jaqdi d-dmirijiet u rwoli tiegħu professjonali fil-libertà u mingħajr xkiel, intimidazzjoni jew theddid.
L-istqarrija ttemm li l-Kamra tal-Avukati temmen u tapprezza li l-professjoni legali u l-ġudikatura , mhumiex lil hinn mill-kritika, però tappella għal maturità sħiħa li f’kull każ tingħata stampa ċara, sħiħa u fattwali ta’ dak li jkun qiegħed jiġi rappurtat.
Filwaqt li l-istqarrija tal-Kamra tal-Avukati ma tagħmel ebda referenza għal ebda kaz partikolari jidher li din qed tirreferi għal kummenti magħmula lbieraħ mil-familjari tal-vittma fil-kaz ta’ Mel Spiteri li kellu sentenza ta’ sentejn ħabs mibdula f’waħda ta’ sentenza sospiza wara li l-Qorti tal-Appell kienet annullat s-sentenza u bagħtet l-process lura quddiem l-Qorti tal-Magistrati.
L-Qorti sabet li lura fl-2011 l-vittma kellha negligenza kontributorja għax naqset li taqsam minn fuq zebra cross li kienet fil-viċin kif ukoll li l-akkużat kien jghix hajja ta’ bżulija u dik kienet l-unika darba f’ħajtu li xellef difrejh mal-liġi.
//= $special ?>