Lokali

Tftixxija għal raġel wara hold-up f’banka tal-lottu

Il-Pulizija għaddejja bi tfittxija ta’ raġel, li l-identità tiegħu s’issa għadha mhux magħrufa, wara li twettqet hold-up b’banka tal-lottu f’Ħal Qormi.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-14.30hrs fi Triq San Edwardu, fejn mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li daħal raġel fuq impjegata ta’ 31 sena minn Ħal Kirkop, fejn talabha l-flus u allegatament ġiet aggredita mir-raġel li, kif irrakkontat il-vittma, kien fil-pussess ta’ arma taqta’ u bil-ponta.

Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-pulizija jidher li s-suspettat seraq ammont konsiderevoli ta’ flus kontanti u sussegwentament ħarab mill-post.

Filwaqt li fortunatament ħadd ma ġarrab ġrieħi fil-każ, l-Maġistrat tal-Għassa Audrey Demicoli ġiet infurmata bil-każ fejn ordnat li ssir inkjesta kif ukoll ħatret diversi esperti sabiex jassituha.