Coronavirus Lokali Saħħa

35 każ ġdid pożittiv

Fl-aħħar 24 siegħa kienu konfermati 35 każ ġdid pożittiv għall-coronavirus. Għalkemm iċ-ċifra hija inqas min numru ta’ każi li tħabbru lbieraħ, in-numru ta’ każi xorta mhux wieħed żgħir paragun mal-popolazzjoni ta’ pajjiżna.

Fuq il-paġna ta’ Saħħa tħabbar li fl-aħħar sigħat fiequ 25 persuna. Il-każi attivi f’pajjiżna issa jlaħħaq is-671 każ.

Mill-każi li tħabbru lbieraħ, kien hemm iktar minn 50 każ pożittiv mid-Djar tal-Anzjani tal-Fgura. 20 każ huma membri tal-familja ta’ każi pożittivi, żewġ persuni kellhom kuntatt dirett ma’ persuni pożittivi, 3 każi minn Casa Antonio, filwaqt li żewġ każi kienu impurtati.