Lokali

Bi ġrieħi gravi wara inċident f’Ħal Qormi

Raġel barrani ta’ 45 sena residenti l-Imsida, qiegħed isofri minn ġrieħi gravi wara li weġġa’ f’sit ta kostruzzjoni fi Triq l-Industrija, Ħal Qormi.

Għall-ħabta tal-17.20 x’ħin il-Pulizija kienu nfurmati li kien hemm bżonn l-assistenza fl-imsemmija triq minħabba li kien weġġa’ ħaddiem f’sit ta kostruzzjoni.

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li r-raġel sofra xi ġrieħi meta waqa’ minn għoli ta’ madwar żewġ metri.

Fuq il-post issejħu tim mediku li taw l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lil vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.