Lokali

Bi ġrieħi gravi wara inċident f’residenza

Raġel barrani ta’ 38 sena residenti San Pawl il-Baħar ttieħed l-Isptar Mater Dei wara inċident li seħħ f’residenza fi Triq it-Tramuntana, il-Mellieħa.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.00 meta l-pulizija ġew infurmati li hemm persuna li waqgħet f’residenza fl-imsemmija triq.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li tawh l-ewwel għajnuna lill-vittma kif ukoll ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.