LINFIELD……………………………………………………..0
FLORIANA…………………………………………………….1
Linfield: Johns, Boyle, Larkin, Callacher, Clarke (Waterworth), Nasseri (Manzinga), Fallon, Mulgrew, Quinn, Hery (Kearns), Lavery
Floriana: Atkpan, Dias, Ruiz, Pisani, Camenzuli, Paiber (Arias) (Cheveresan, Keqi (Beye), Leone, Venancio, Fonseca, Garcia
Referee: D. Munro
Assistent Referees: D. Mc Farlane, S. Carr
Floriana kisbu kwalifikazzjoni storika meta f’Belfast, rnexxielhom jegħlbu lil Linfield bl-iskor ta’ 1-0. B’din ir-rebħa, issa Floriana kwalifikaw għat-tielet rawnd tal-UEFA Europa League fejn se jaffaċċjaw lil Flora tal-Estonja, biex saru t-tielet tim Malti li rnexxielu jagħmel dan wara Birkirkara u Valletta.
Floriana fetħu tajjeb u skorjaw wara biss disa’ minuti permezz ta’ xutt minn barra l-kaxxa ta’ GARCIA wara li rċieva b’mod tajjeb mingħand Paiber. Florirna għarfu jikkontrollaw l-avversarji b’mod tajjeb tul il-bqija tal-partita, b’Linfield jispiċċaw jilgħabu b’għaxar plejers wara Larkin deher iwaqqa’ lis-sostitut Arias barra l-kaxxar, bir-referee juri t-tieni karta safra lill-plejer ta’ Linfield.
Intant, Tottenham tħabtu biex għelbu lil Lokomotiv Plodiv fl-istess rawnd, meta barra minn darhom rebħu 2-1 bil-gowls ta’ Tottenham jaslu fl-aħħar 10 minuti wara li marru fl-iżvantaġġ fil-71 permezz ta’ gowl ta’ MINCHEV. Tottenham ġabu d-draw b’penlaty ta’ HARRY KANE, biex ħames minuti wara TANGUY NDOMBELE ta l-kwalifikazzjoni għat-tim ta’ Jose Mourinho.
Milan ukoll kwalifikaw għat-tielet rawnd wara li barra minn darhom għelbu lil Shamrock Rovers 2-0, bil-gowls jaslu fit-23 minuta permezz ta’ ZLATAN IBRAHIMOVIC u gowl ieħor ta’ HAKAN CALHANOGLU fis-67 minuta.
//= $special ?>