Lokali

Iċ-Chamber issejjaħ għal-laqgħa urġenti tal-MCESD

Il-Kamra tal-Kummerċ sejħet għal-laqgħa urġenti tal-MCESD sabiex tiddiskuti l-kriżi attwali tal-COVID-19.

Fl-interess tas-saħħa fiżika u ekonomika tal-pajjiż, Il-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija ta’ Malta tappella għall-introduzzjoni ta’ miżuri ġodda aktar b’saħħithom, dan wara ż-żieda fin-numri ta’ każi f’pajjiżna.

Huwa evidenti li aktar dixxiplina mġedda hija meħtieġa fost diversi gruppii tal-popolazzjoni, kif sar f’pajjiżi oħra. Għal din ir-raġuni, il-Kamra qed tappella għal ftehiem mill-aġenziji tal-infurzar kollha sabiex jiżdiedul-miżuri xierqa.

Il-Kamra tal-Kummerċ tissuġġerixxi li l-awtoritajiet għandhom bżonn iżidu l-kampanji ta’ għarfien dwar is-serjetà tal-effetti tal-pandemija li bħalissa qed taffettaw ħajjet kulħadd, madwar id-dinja kollha. Barra minn hekk, il-pubbliku għandu jkun jaf li l-ħajja mhijiex lura għan-normalità kif konna nafuha qabel il-pandemija.

Għal din ir-raġuni, il-Kamra tal-Kummerċ sejħet laqgħa urġenti tal-MCESD, biex tiddiskuti s-sitwazzjoni u l-ħtieġa li din issir prijorità nazzjonali għal kulħadd.

Il-Kamra ta’ Malta qed tipproponi li xi restrizzjonijiet jiġu introdotti immedjatament, sabiex tikkontrolla ż-żieda attwali fil-każijiet. Ir-restrizzjonijiet proposti jistgħu jinkludu fost oħrajn, it-tnaqqis tad-daqs tan-nies f’attivitajiet soċjali u l-ilbies ta’ maskri f’kull ħin barra mid-djar. Barra minn hekk, l-awtoritajiet jistgħu jikkunsidraw ukoll l-għeluq temporanju ta’ ċerti stabbilimenti ta’ divertiment u postijiet oħra.

Fir-rigward tal-edukazzjoni, mhux realistiku li l-ġenituri qed isiru xettiċi dwar kif jibagħtu lil uliedhom l-iskola. Il-Kamra tal-Kummerċ stqarret li rridu naħdmu fi żmien qasir biex niżguraw li r-rata ta’ infezzjoni terġa’ tinġieb taħt kontroll. Il-ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel, li jibqa’ fl-aħjar interess tat-tfal tagħna, jista’ jseħħ biss taħt miżuri miżjuda u infurzar dixxiplinat.

Miżuri mmirati u appoġġ urġenti għandu jsir ukoll fid-djar tal-kura għall-anzjani, peress li huma wkoll qed jiffaċċjaw żminijiet diffiċli ħafna.

Finalment , Il-Kamra tal-Kummerċ stqarret li rridu naħdmu flimkien sabiex inħarsu dak kollu li ksibna flimkien