Lokali

Il-PN jippubblika d-due diligence report taż-żewġ kandidati

Waqt din il-laqgħa tal-Eżekuttiv kien maqbul li l-konvenzjoni tat-tesserati titlaqqa’ fit-3 ta’ Ottubru

Il-PN ippubblika fl-intier tiegħu r-rapport tad-due diligence taż-żewġ kandidati għall-kariga ta’ Kap tal-partit.

Dan kien konfermat fi stqarrija maħruġa miċ-Chairperson tal-Kunsill Amministrattiv tal-PN Carm Mifsud Bonnici, u s-Segretarju Ġenerali Franscis Zammit Dimech.

Ir-rapport sar pubbliku wara li l-Kunsill Amministrattiv approva unanimament mozzjoni li tressqet mill-Kap tal-PN Adrian Delia li ġiet issekondata mill-Viċi Kapijiet David Agius u Robert Arrigo.

Il-vot fuq din il-mozzjoni ttieħed mill-membri tal-Kunsill Amministrattiv qabel mal-istess Kunsill ingħata kopja tar-rapport.

Il-Kunsill Amministrattiv b’mod immedjat qabel unanimament li jippubblika r-rapport ta’ due diligence dwar iż-żewġ kandidati għall-elezzjoni ta’ Kap tal-PN, fl-intier tiegħu. B’hekk, issa hemm rapport li sar kemm fuq Adrian Delia kif ukoll fuq Bernard Grech.

Intant, wara l-laqgħa tal-Amministrattiv…il-PN laqqa’ wkoll il-Kumitat Eżekuttiv fid-Dar Centrali. Waqt din il-laqgħa kien maqbul li l-konvenzjoni tat-tesserati titlaqqa’ fit-3 ta’ Ottubru fejn dakinhar se jkun jum il- votazzjoni.

Wieħed jista’ jara dan ir-rapport billi jidħol f’din il-link

https://www.pn.org.mt/rapport_tad_due_diligence