Futbol Sport

Illejla, Hibernians u Floriana impenjati fl-Europa League


Fic-Centenary Stadium Hibernians jilgħabu kontra Fehervar fid-dawl tal-każ ta’ plejer ta’ Fehervar li rriżulta pożittiv għall-coronavirus qabel ma’ dawn waslu f’pajjiżna. Hibernians waslu f’dan ir-rawnd wara li fl-ewwel rawnd eliminaw lil FC Vaduz ta’ Liechtenstein 2-0 u għal din il-partita se jkunu mingħajr il-captain Bjorn Kristensen wara li tkeċċa fil-konfront kontra Vaduz.

Intant illejla wkoll, Floriana se jilgħabu fl-Irlanda kontra Linfield wara li kienu elimintati mill-ewwel rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League.

F’dan ir-rawnd tal-Europa League jidħlu wkoll bosta ta’ timijiet oħra Ewropej, fejn Tottenham jilgħabu barra minn darhom kontra Lokomotiv Plodiv filwaqt li Milan jilgħabu wkoll barra minn darhom kontra Shamrock Rovers.