Lokali

Il-President tal-Kunsill Ewropew iżur l-post fejn inqatlet Daphne Caruana Galizia

Matul il-jum tal-Erbgħa, il-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel, żar l-post fejn kienet ġiet assassinata l-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Permezz ta’ post fuq Facebook, Michel stqarr li dak li ġara huwa tal-mistħija għall-valuri Ewropej: is-Saltna tad-Dritt, libertà tal-kelma u l-libertà tal-istampa.

Il-ġurnalista investigattiva kienet inqatlet f’Ottubru ta’ 3 snin ilu permezz ta’ karozza-bomba.

Ħafna għadhom sallum jitolbu ġustizzja wara dan il-każ makabru, li sa issa għadu każ b’ħafna truf li għadhom miftuħa.