Wara li l-media Laburista dalgħodu ppubblikat fake news dwar qbil li kien hemm bejn il-Union tal-Għalliema u l-Partit Laburista biex jinfetħu l-iskejjel, ftit tal-ħin ilu l-MUT iċċarat il-fatt li n-negozjati ma jsirux mal-Partit Laburista iżda mal-Ministeru tal-Edukazzjoni. U din kienet biss laqgħa kif isiru ma’ partiti u stakeholders oħrajn.
L-MUT qalet li l-għan aħħari hu li l-iskejjel jiftħu b’mod normali bis-salvagwardji kollha li hemm bżonn għas-saħħa u sigurtà ta’ kulħadd. Iżda kif ġie spjegat ilbieraħ, bis-sitwazzjoni kif inhi bħalissa l-għalliema ma jridux li l-iskejjel jiftħu fiżikament.
Skont il-kumunikat tal-MUT fuq Facebook, il-pożizzjoni uffiċjali li ttieħdet ilbieraħ għadha ma nbidlitx.
“Il-laqgħa ma’ uffiċjali tal-Partit Laburista dalgħodu hija differenti min-negozjati li bħalissa għaddejjin mal-Gvern. L-MUT jkollha laqgħat skedati b’mod regolari mal-partiti politiċi sabiex tiddiskuti issues edukattivi. In-negozjati, minn naħa l-oħra, jsiru mal-Ministeru, mad-Direttorati u ma’ min iħaddem”, qalet l-MUT fuq il-media soċjali.
//= $special ?>