Futbol Sport

Liverpool viċin li jakkwistaw lil Thiago Alcantara

MUNICH, GERMANY - DECEMBER 14: Thiago Alcantara of FC Bayern Muenchen runs with the ball during the Bundesliga match between FC Bayern Muenchen and SV Werder Bremen at Allianz Arena on December 14, 2019 in Munich, Germany. (Photo by Alexander Hassenstein/Bongarts/Getty Images)

Liverpool jinsabu viċin ferm li jakkwistaw lill-midfielder ta’ Bayern Munich Thiago Alcantara għas-somma ta’ £25 miljun. Alcantara mistenni jiffirma kuntratt ta’ erba’ snin fis-sigħat li ġejjin hekk kif jidher li ntlaħaq ftehim bejn il-partijiet kollha.

Dan se jkun it-tieni akkwist għat-tim ta’ Jurgen Klopp wara li aktar kmieni akkwistaw lid-difensur Grieg Kostas Tsimikas. L-aħbar li Alcantara se jħalli lil Bayern Munich kienet konfermata mill-kowċ tat-tim Ġermaniż stess Hansi Flick fejn qal li llum stess il-plejer sellem lil sħabu għall-aħħar darba.

Thiago Alcantara fil-passat lagħab ukoll ma’ Barcelona qabel ma fl-2013 issieħeb ma’ Bayern Munich fejn rebaħ seba’ Kampjonat Ġermaniżi u l-UEFA Champions League fost l-oħrajn.