Coronavirus Ewropa Internazzjonali

Miżuri ġodda ta’ lockdown fir-Renju Unit

Minħabba ż-żieda allarmanti ta' każijiet, l-awtoritajiet kienu kostretti li jieħdu azzjoni

Bliet u rħula fil-Grigal tal-Ingilterra se jkunu qed jaffaċjaw aktar restrizzjonijiet, b’curfew fuq il-ħwienet tax-xorb u r-ristoranti. Dawn se jkollhom jagħlqu fl-10 ta’ bil-lejl.

Is-sitwazzjoni f’din il-parti tal-Ingilterra hija inkwetanti mhux ftit wara li kien hemm żieda allarmanti fil-każijiet ta’ Covid-19.

Membri Parlamentari fil-House of Commons qalu li azzjoni kellha tittieħed qabel, dan hekk kif l-ewwel u qabel kollox il-liġi kellha tkun imħarsa, iżda wkoll qalu li din il-parti tal-Ingilterra kellha nuqqas kbir fis-swab tests li saru.

Rapporti Ingliżi qed jindikaw li fl-aħħar ġimagħtejn, kien hemm rata ta’ infezzjonijiet allarmanti. Preżentament iżda Bolton hija l-aktar belt li qed tkun affetwata bil-Covid, bil-Prim Ministru Boris Johnson qed jappella biex jiżdiedu t-testijiet f’dawn il-bnadi partikolari fir-Renju Unit.