Lokali

“Qabel jiftħu l-iskejjel, iridu jinżlu l-każi”

L-iskejjel għandhom jiftħu biss jekk il-każijiet pożittivi jinżlu għal għaxra kuljum.

F’kummenti ma’ Net News, il-President tal-Assoċazzjoni Medika Maltija Martin Balzan saħaq li qed tingħata l-impressjoni li l-awtoritajiet qed jaħtu każ iktar l-qasam tad-divertiment milli l-edukazzjoni ta’ uliedna.

Martin Balzan qal li l-iktar ħaġa allarmanti f’dan kollu hija ż-żieda ta’ każi pożittivi fid-djar tal-anzjani.

It-tabib Balzan qal li pajjiżna għandu jerġa’ jitpoġġa f’emerġenza ta’ saħħa medika.