Lokali Qorti

Raġel bi problema ta’ droga mixli li ta fastidju lil ommu

Raġel ta’ 39 sena mill-Ħamrun li għandu problema ta’droga baqa’ miżmum taħt arrest wara li kien mixli li ta fastidju lil ommu. Isem l-akkużat mhux jixxandar biex ma tinkixifx l-identità ta’ ommu

Skont il-Prosekuzzjoni kollox jindika li dan huwa każ relatat mal-vizzju tad-droga li huwa għandu. Meta mistoqsi x’jaħdem, l-akkużat qal li qiegħed fuq il-pensjoni tal-invalidità.

Huwa ġie mixli li riċentement, fis-17 ta’ Settembru li għadda fid-dar t’ommu taha fastidju, beżżaha u li kellu fil-pussess tiegħu d-droga eroina. L-Ispetturi Roderick Attard u Stacy Attard qalu li sfortunatament dan ma kienx inċident iżolat.

Għalih deheret l-Avukat Charmaine Cherrett li sostniet li ma kien hemm ebda vjolenza min-naħa tiegħu fuq ommu. It-talba tal-Avukat għall-ħelsien mill-arrest, ġiet miċħuda għax għad trid tixhed l-omm.