“Mhux biss tinsa surpluss imma se jkollok taqa’ ghal deficit, iddaħal idejk fil-but u tonfoq kemm hemm bżonn” – Hekk stqar il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna meta kien intervista fuq il-program Ras’imb Ras fuq TVM. Hu qal li din is-sena għandna deficit kif l-istess se jkollna għas-sena d-dieħla pero għad mhux ċert x’ser jiġri s-sena ta’ wara. Edward Scicluna kien qed jitkellem fid-dawl tal-Budget li se jigi prezentat ix-xahar id-dieħel.
Kien propju ftit tal-jiem ilu, meta l-Ministru nieda d-dokument ta’ qabel il-budget li iżda minnu ma ħarġu ebda dettalji dwar dak li għandhom jistennew il-familji Maltin u Għawdxin għas-sena d-dieħla. Matul dan il-programm, Edward Scicluna fakkar kif it-taxxi kienu biss difereti u jridu jitħallsu.
Edward Scicluna semma’ li bħalissa qed jiddiskuti liema oqsma se jkunu qed jitnaqsulhom il-fondi biex tingħata għajnuna lil setturi milquta mill-pandemija. Pero, ma tax aktar dettalji.
Intant, waqt l-istess intervista, il-Ministru reġa’ semma l-ħsara li saret lil pajjiżna kagun tal-iskandli kbar li hemm imdahhal fihom il-Gvern. Dan ukoll qed jaffetwa is-sitwazzjoni ekonomika ta’ pajjiżna.
U waqt li kien qed jitkellem fuq affarijiet li jridu jiġu irranġati, Edward Scicluna attakka lis-settur privat. Il-Ministru kien qed jitkellem dwar ir-Rapport Moneyval li pajjiżna qed jistenna l-eżitu tiegħu… rapport li jekk jiġi negattiv, wkoll se jaffetwa mhux ftit l-investiment u l-ekonomija f’pajjiżna.
//= $special ?>