TA’ XBIEX…………………………………… 5
MARSASKALA FISH AND FISH… 10
(1-3), (0-2), (2-4), (2-1)
Marsaskala kkonfermaw posthom fis-semifinali tal-play-offs tal-Ewwel Diviżjoni b’rebħa mistħoqqa kontra Ta’ Xbiex. Il-kowċ Arpad Babay għandu jkun kuntent bil-prestazzjoni kollettiva tat-tim, hekk kif qatt ma kienu f’periklu li setgħu jitilfu l-logħba. Għal Ta’ Xbiex, din l-esperjenza għat-tim żagħżugħ isservi tajjeb għalihom u jittamaw li joħolqu sorpriża fin-knock-out.
Protagonist għal Marsaskala kien Luca Felice, b’doppjetta fl-ewwel sessjoni. L-istess plejer flimkien ma’ Paul Privitera skorjaw darbtejn għal Marsaskala u daħlu jistrieħu b’vantaġġ komdu ta’ 5-1.
Marsaskala għalqu l-logħba fit-tielet sessjoni meta permezz ta’ doppjetta minn Felice u gowl ta’ Privitera, għamlu l-iskor 8-1. Ta’ Xbiex ittantaw jidħlu fil-logħba meta naqqsu d-distakk għal 9-5 fl-ewwel minuti tal-aħħar sessjoni iżda Marsaskala kkontrollaw l-aħħar minuti, bit-tamiet ta’ Ta’ Xbiex jonqsu aktar ma għadda ħin.
Ta’ Xbiex: M. Vassallo, M. Mifsud (2), R. Greco, D. Rizzo, F. Cutajar, M. Demarco (1), M. Carani, N. Saliba, G. Sammut, N. Schiavone (2), S. Azzopardi, M. Farrugia, J. Saliba, A. Mifsud
Marsaskala: J. Micallef, J.C. Cutajar (1), A. Camenzuli, P. Privitera (2), M. Aquilina, L. Grixti (1), K. Navarro, M. Manara (1), L. Felice (5), G. Galea, R. Attard, D. Camilleri, A. Muscat, N. Gatt, M. Chircop
Referees: Massimo Angileri, Ronnie Spiteri
OTTERS NIVEA………………………. 4
MARSAXLOKK BROWN’S…….. 11
(1-2), (2-4), (1-2), (0-3)
L-istess bħal Marsaskala, Marsaxlokk Brown’s Pharma rebħu t-tieni logħba minn possibbiltà ta’ tlieta biex jaffrontaw lil Marsaskala fis-semifinali tal-play-offs. Ix-Xlukkajri setgħu kienu aktar preċiżi speċjalment fl-ewwel nofs tal-logħba. Otters iħarsu lejn in-knock-out b’ċans li javvanzaw kemm jistgħu, fi staġun li kien diffiċli għalihom.
Marc Lanzon fetaħ l-iskor favur Otters iżda Timmy Agius u Rainier Scerri dawru r-riżultat. Russell Caruana ġab id-draw fit-tieni sessjoni iżda minn meta Stephen Micallef għamel l-iskor 3-2, Marsaxlokk qatt ma ntlaħqu mill-avversarji.
B’distakk ta’ 6-3 fil-ħin tal-mistrieħ, il-kowċ ta’ Marsaxlokk Joe Cremona ried li l-plejers tiegħu jgħollu l-livell ta’ prestazzjoni. Iżda għalkemm baqgħu fil-kmand tal-logħba, setgħu ħadu aktar vantaġġ mill-okkażjonijiet li kellhom.
Madankollu l-vantaġġ baqa’ jikber b’gowls ta’ Julian Rizzo Naudi u Timothy Agius filwaqt li Daniel Tully skorja bejniethom għal Otters. Marsaxlokk issiġillaw ir-rebħa fl-aħħar sessjoni b’gowls ta’ Benji Lanzon, Rainier Scerri u Stephen Micallef.
Otters: D. Spiteri, M. Lanzon (1), R. Caruana (1), L. Hyzler, E. Meli, K. Scicluna, G. Mizzi, D. Dimech, D. Zahra (1), D. Tully (1), S. Xerri, M. Caruana Baluci
Marsaxlokk: R. Coleiro, J. Rizzo Naudi (2), M. Pace (1), M. Martellacci, T. Agius (3), B. Lanzon (1), J. Galea, K. Cremona, S. Micallef (2), R. Scerri (2), M. Cacici, O. Zammit, F. Buhagiar, J. Portelli
Referees: Peter Balzan, Alex de Raffaele
//= $special ?>