Lokali

Adrian Delia ddikjarat uffiċjalment Kandidat għall-kariga ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista

Il-Kummissjoni Elettorali rċeviet in-nomina tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia biex ikun Kandidat għat-tmexxija tal-Partit.

In-nomina ngħatat liċ-Chairperson tal-Kummissjoni Elettorali Peter Fenech, bl-Uffiċjali tal-Kummissjoni vverifikawha qabel ma ġiet ikkonfermata bħala waħda valida.

Iċ-Chairman tal-Kummissjoni Elettorali informa lil Adrian Delia li laqgħet in-nomina tiegħu u li ġie uffiċjalment iddkjarat bħala Kandidat fl-elezzjoni għal Kap tal-Partit Nazzjonalista, li se ssir fit-3 ta’ Ottubru.

Fl-ewwel kummenti tiegħu Adrian Delia appella lit-Tesserati biex jipparteċipaw f’dan il-proċess ħalli jsaħħu l-messaġġ favur id-demokrazija, kif dejjem emmen il-Partit Nazzjonalista.

Adrian Delia kien akkumpanjat mill-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Robert Arrigo.