Coronavirus Lokali Saħħa

“Appell biex il-maskri jintużaw kullimkien” – Prof. Charmaine Gauci

“L-appell tagħna minn naħa tas-Saħħa Pubblika huwa li l-maskri kemm jista’ jkun jintużaw kullimkien….ladarba toħroġ mid-dar importanti li tilbes il-maskra”.

Diskors is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika Professur Charmaine Gauci waqt il-konferenza tal-aħbarijiet fejn appellat ukoll lil min iħaddem sabiex min jista’ jħaddem telework jagħmel proprju dan.

Dan filwaqt li Prof. Gauci saħqet li wieħed għandu jevita social gatherings kemm jista’ jkun u minkejja li l-liġi tippermeti gruppi ta’ mhux aktar minn 15-il persuna, hija insistiet li aktar kemm jonqos dan l-ammont, aktar aħjar.

Mistoqsija jekk l-iskejjel għandhomx jibdew jaħdmu esklussivament online fl-ewwel ġimgħat, il-Profs. Gauci ma eskluditx din il-possibilità.

Intant, fost s-691 attiv, hemm 43 persuna li qed jingħataw l-kura fl-isptarijiet tagħna, fosthom żewġ persuni ta’ 86 sena u 71 sena rispettivament li qed jingħataw il-kura permezz ta’ ventilator fit-Taqsima tal-Kura Intensiva u m’humiex f’qagħda stabbli….. filwaqt li f’Għawdex hemm 20 persuna pożittiva.

Finalment, Charmaine Gauci ma tat ebda dettalji dwar kemm hu bhalissa l-R-Factor marbut mal-infezzjonijiet f’pajjiżna.