Fi Stadio Olimpico ta’ Ruma f’ġurnata oħra mid-Diamond League, rekord tad-dinja fil-pole vault minn Armand Duplantis. L-atleta Żvediż ta’ 20 sena mwieled fl-Istati Uniti ma’ ddiżappuntax fejn qabeż xejn anqas minn 6.15 metri.
Kien biżżejjed biex jikser ir-record tad-dinja li kien dak ta’ 6.14 metri miksub mill-leġġendarju Sergej Bubka fl-1994.
Duplantis li fix-xhur li għaddew qabel ma feġġet il-pandemija tal-coronavirus kien għeleb l-isfida tal-Franċiż Renaul Lavillenie, għandu wkoll ir-record tad-dinja tal-pole vault indoor li huwa dak ta’ 6.18 metri.
Din is-sena l-Kampjonat tal-Ewropa fejn Duplantis seta’ jkun protagonista ġew posposti minħabba l-Covid 19.
L-aħħar ġurnata tad-Diamond League se tkun il-Ġimgħa 25 ta’ Settembru.
//= $special ?>