Iċ-Champions tal-Premier Floriana se jilgħabu kontra Flora Tallinn tal-Estonja fit-tielet rawnd tal-UEFA Europa League. Jekk jirbħu din il-partita, huma se jkunu qed jilqaw il-qawwa Kroata ta’ Dinamo Zagreb.
Floriana huma t-tielet tim fl-istorja li qatt għadda għat-tielet rawnd, wara Birkirkara u Valletta. Dan seħħ wara li għelbu 1-0 lil Linfield il-Ħamis li għadda.
Il-partiti l-oħra huma AC Milan li se jilgħabu kontra Bodo Glimt tan-Norveġja, filwaqt li Tottenham se jkunu kontra KF Shkendija 79 tal-Maċedonja. Jekk jgħaddu, Milan se jaffaċjaw lil Rio Ave tal-Portugall jew il-Torok Besiktas skont min jirbaħ il-konfront, b’Tottenham ikollhom lil Rostov tar-Russja jew Maccabi Haifa tal-Iżrael.
It-tielet rawnd se jibda nhar il-Ħamis 24 ta’ Settembru, bil-logħba tal-Floriana kontra Flora Tallinn tkun fil-5pm.
//= $special ?>