Lokali Qorti

Il-Bord ta’ Inkjesta jiġbed l-attenzjoni fuq post ta’ Bedingfield fuq facebook

Glenn Bedingfield

Il-Bord ta’ Inkjesta li qed imexxi l-inkjesta fuq l-omiċidju ta’ Daphne Caruana Caruana Galizia qabel ma jisma’ x-xhieda tal-Ministru Owen Bonni qal li kien qed jiġibed l-attenzjoni ta’ post li tella’ fuq facebook id-Deputat Laburista Glenn Bedingfield fejn dan allega li l-inkjesta spiċċat politiċizzata.

Il-Bord immexxi mill-Imħallef irtirat Michael Mallia, l-Imħallef Emeritus Joseph Said Pullicino u l-Imħallef Abigail Lofaro. Il-post fuq il-paġna ta’ Bedingfield telgħet wara x-xhieda li ta d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne nhar l-Erbgħa li għaddew.

Il-Bord qal li i ġiet attirata l-attenzjoni tiegħu għall-post fuq Facebook tal-Whip Glenn Bedingfield, li huwa wkoll xhud f’din l-inkjesta. Bedingfield qal li l-inkjesta qed issir politiċizzata.

Kopja ta’ dan il-post u kummenti fuqha tqiegħdu fl-atti ta’ din l-inkjesta bħala prova u ġiet inserita’ minnufih bil-Bord  qal li qed jirriserva li jipprovdi ulterjorament dwar dan l-inċident jekk ikun il-każ.