Budget 2021 Lokali

Il-Gozo Business Chamber tipproponi l-bini ta’ sptar ġdid f’Għawdex

Il-Gozo Business Chamber matul il-jum tal-Ġimgħa ppublikat l-proposti tagħha għall-budget tas-sena d-dieħla.

Il-proposti li qed jiġu fformulati mill-Kamra huma bbażati fuq analiżi tal- ekonomija Għawdxija li speċjalment bħalissa, tiddependi żżejjed fuq ċerti setturi bħat-turiżmu u kostruzzjoni.

F’dan l-istadju, id-diversifikazzjoni tal-ekonomija Għawdxija hija ta’ prijorità kbira minħabba l-investiment f’ċerti oqsma bħall-infrastruttura diġitali.

Il-proposti tal-GBC jiffokaw fuq erba’ oqsma ewlenin : trasport, infrastruttura pubblika, sostenibbiltà, u inizjattivi immirati lejn it-twaqqif ta’ settur diġitali f’Għawdex.

Il-Kamra stqarret li s-sitwazzjoni ma’ tistax tibqa’ kif inhi. Hija stqarret li l-proposti li ħareġ bihom huma dawk li għandhom jidħlu fis-seħħ malajr kemm jista’ jkun sabiex l-irkupru ekonomikament f’Għawdex ikun indaqs Malta. Il-Kamra stqarret li huwa importanti li l-Gvern juża strateġija li tkun iffukata fuq Għawdex.

Fost id-diversi proposti, il-GBC qed tipproponi –

  • Il-bini ta’ Sptar ġdid f’Għawdex
  • Il-bini ta’ parkeġġ taħt l-art f’Għawdex
  • Il-bini ta’ breakwater f’Marsalforn
  • Vetturi elettriċi ta’ residenti Maltin li jaqsmu lejn Għawdex għandhom iħallsu prezz imnaqqas. Minn naħa l-oħra residenti Għawdxin b’vetturi elettriċi għandhom jiġu eżentati milli jħallsu