Lokali

“Il-pensjoni mhux biżżejjed biex tgħix komdu” – Edward Scicluna

Dan mhux żmien li nġemmgħu – jien nħajjar il-poplu biex jonfoq.

Dan sostnieh l-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna f’sessjoni ta’ domandi mill-pubbliku fuq il-midja soċjali bi tħejjija għal Budget 2021 fejn spjega li fl-isfond tal-pandemija tal-Covid-19 inevitabbilent li l-problemi ekonomiċi ser jissoktaw ankè wara Diċembru iżda ammetta li ma jafx liema miżuri ta’ għajnuna ser jitkomplew…. u ma jafx b’liema mod ser jgħin lil ħaddiema u lil min iħaddem.

Scicluna sostna li l-covid mhux biss ta daqqa lil min iħaddem iżda ċertament ankè lil kirjiet. Huwa saħaq li jekk din id-daqqa mhux tinħass fil-preżent, żgur li ser tinħass fix-xhur li ġejjin. Madanakollu qal li l-piż tal-kirjiet bħalissa qed iħossuh biss dawk il-persuni li spiċċaw bla xogħol u li kellhom il-paga mnaqqsa.

Mistoqsi dwar l-iżvilupp u l-kostruzzjoni, il-Ministru saħaq li l-problema f’din l-industrija huwa n-nuqqas ta ippjanar fejn filwaqt li ammetta li l-istandards iridu jitjiebu huwa insista li x-xogħol irid jiġi ppjanat minn nies li jifmhu. Dan filwaqt li appella lill-Għawdxin sabiex ma jagħmlux bħal Maltin.

Edward Scicluna saħaq li l-pensjonijiet f’pajjiżna m’humhiex baxxi imma problematiċi għax iridu jgħixu żewġt iħluq minn pensjoni waħda. Filwaqt li aktar qabel ħeġġeġ lill-poplu biex ma jġemmax ….mill-banda l-oħra ammetta l-fatt illi dak li jgemma pensjonant tul ħajtu kollha mhux biżżejjed biex jgħix ħajja komda.

Intant, minkejja li saħaq li mhux ser ikun hemm taxxi ġodda introddotti f’dan il-budget, il-Ministru Scicluna qal li jekk toħroġ mill-but aktar milli tiflaħ, id-dejn ser iżid u għaldaqstant iddikjara there’s no such thing as a free lunch.