Tlett persuni kellhom jittieħdu b’emerġenza l-Isptar Mater Dei wara inċident li seħħ fil-Furjana
Jidher li għall-ħabta tal-10.00 seħħ inċident bejn karozza tat-tip Volkswagen Passat u Vann tat-tip Isuzu Elf f’Telgħet il-Kurċifiss fil-Furjana. Jidher li konsegwenza tal-inċident il-vann spiċċa inqeleb.
Fuq il-post minnufih issejjħu l-membri tal-protezzjoni ċivili sabiex jassistu lill-vittmi kif ukoll ambulanzi.
Mara ta’ 57 sena mill-mellieħa li kienet passiġġiera fil-karozza, Raġel ta’ 23 sena residenti ż-Żejtun li kien qed isuq il-vann u raġel ta’ 20 sena residenti Marsaxlokk li kien passiġġier fil-vann ittieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura
Il-Kundizzjoni tal-vittmi għadha mhux magħrufa.
Aktar dettalji malli jaslulna
//= $special ?>