Lokali

Is-17-il vittma tal-Covid-19 f’Malta hija mara ta’ 91 sena

Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm ħabbar li anzjana ta’ 91 sena li kienet pożittiva għall-Covid-19 mietet l-isptar Mater Dei. 

L-istqarrija spjegat li l-anzjana kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid19 fis-26 ta’ Awwissu u ddaħħlet l-isptar fis-6 ta’ Settembru.

Hija mietet fl-Isptar Mater Dei tard ilbieraħ filgħaxija, bil-Ministeru joħroġ stqarrija dwar il-mewt tagħha ftit tal-minuti ilu. Hija kellha kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri. 

Il-Ministeru għas-Saħħa reġa’ appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra.