Lokali

It-tobba li jieħdu ħsieb l-anzjani jridu mill-ġdid Emerġenza tas-Saħħa Pubblika

It-tobba tal-ġerjatrika huma mħassba ħafna bl-aħħar żieda fil-każi tal-COVID-19, bl-aktar grupp li qed iġorr dan il-piż tat-tieni mewġa jkunu l-aktar nies vulnerabbli..l-anzjani.

Il-GMSM huma mħassba dwar in-numru ta’ każi fid-djar tal-anzjani minħabba li jekk dawn ser ikomplu jiżdiedu b’dan il-mod ser naffaċjaw traġedji bħal ma’ ġarrbu diversi pajjiżi Ewropew bħall-Italja, Spanja, Renju Unit u Franza fejn ħafna residenti bħallikieku jkomplu tul il- l-istess trajettorja dalwaqt nistgħu niffaċċjaw traġedji fuq skala kbira, bħal dawk li dehru f’oħrajn Pajjiżi Ewropej bħall-Italja, Spanja, ir-Renju Unit u Franza, fejn ħafna residenti fid-djar tal-anzjani spiċċaw pożittivi għall-virus.

In-numri rrappurtati fl-aħħar ftit jiem fid-djar tal-anzjani qed jikkawżaw tensjoni kbira fuq tobba u professjonisti oħra tal-kura tas-saħħa, speċjalment dawk li jaħdmu fil-komunità.

Il-GMSM temmen li s-sitwazzjoni preżenti fid-djar tal-anzjani kienet prevedibbli u prevenibbli, kieku t-tneħħija tar-restrizzjonijiet saret b’mod aktar responsabbli.

Għalhekk fid-dawl ta’ dan kollu, il-GMSM qed tirrakomanda li l-persuni kollha għandu jkollhom aċċess xieraq għal kura medika kif ukoll li pajjiżna jerġa’ jiddikjara Emerġenza tas-Saħħa Pubbliku.