Lokali

Jibqa’ jinsisti li għandhom jinfetħu l-iskejjel

Minkejja li diversi ġenituri, għalliema u studenti għadhom imħassba dwar il-ftuħ tal-iskejjel minħabba li għad hemm diversi mistoqsijiet mhux imwieġba, id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne jibqa’ jisħaq li huwa importanti li jinfetħu l-iskejjel.

L-MUT u UPE it-tnejn insistew li l-iskejjel m’għandhomx jiftħu l-bibien tagħhom fit-28 ta’ Settembru wara li fl-ahhar jiem kellna żieda qawwija fil-każi attivi ta’ Covid-19 f’pajjiżna. L-ghalliema mhux jghidu li ma jibdewx il-lezzjonijiet…izda huma sempliciment imhassba dwar it-taghlim fiziku fl-iskejjel. U ghalhekk qed jitolbu li l-klassijiet isiru online.

Mistoqsi minn Net News jekk jaħsibx li f’pajjiżna ghandha terġa’ tiddikjara Emerġenza għas-Saħħa Pubblika, Chris Fearne naqas milli jwiegeb…u farfar fuq il-Professur Charmaine Gauci.

Lura f’April ta’ din is-sena, pajjiżna ddikjara stat ta’ emerġenza …. meta kellna biss ftit aktar minn 200 każ attiv. Intant, il-Ġimgħa filgħodu, id-Deputat Prim Ministru nhieda app li ttejjeb is-sistema tal-contact tracing. Din se tkun accessibbli fuq mezzi elettronici bhal smartphones.