Coronavirus Internazzjonali

Jiżdiedu l-infezzjonijiet madwar id-dinja; partijiet mir-Renju Unit mill-ġdid f’lockdown

It-twissija li għamlet l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa fl-aħħar sigħat tasal hekk kif il-każi ta’ Covid-19 madwar id-dinja qed ikomplu jiżdiedu b’rata mgħaġġla.

In-numru total ta’ każi rrappurtati madwar id-dinja issa qabżu t-30 miljun, b’madwar 940,000 mietu kawża tal-virus.

Minbarra l-mewġa ta’ każi fl-Ewropa, l-Istati Uniti, il-Brażil u l-Indja wkoll qed jaraw żieda qawwija ta’ infezzjonijiet.

Fl-aħħar sigħat fir-Renju Unit daħlu fis-seħħ aktar restrizzjonijiet lejn it-tramuntana tal-pajjiż. biex issa madwar 10 miljun persuna qegħdin mill-ġdid f’lockdown.

Intant ċifri ta’ infezzjonijiet fil-kontinent Afrkan jindikaw madwar miljun każ b’kollox madankollu jeżistu dubji dwar kemm din iċ-ċifra tista’ tkun realistika anke fl-isfond tar-rata baxxa ta’ ttestjar fil-pajjiżi tal-kontinent.

Tags