Coronavirus Lokali

L-MCESD se jiltaqa’ t-Tlieta wara talba miċ-Chamber

Jiżdied it-tħassib fost in-negozjanti

Il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) se jiltaqa’ t-Tlieta li ġej wara talba mill-Kamra tal-Kummerċ.

Kien il-President tal-Kamra David Xuereb stess li ħabbar dan waqt programm tar-radju, fejn elenka t-tħassib ta’ ħafna mill-membri għas-sitwazzjoni tal-pandemija f’pajjiżna li, fi kliem Xuereb, sejra dejjem għall-agħar.

Il-President taċ-Chamber qal li għal-laqgħa mistennija jattendu wkoll il-Prim Ministru Robert Abela u s-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci. Kompla li minkejja l-impenn tan-negozjanti Maltin u Għawdxin bit-tama li l-ekonomija terġa’ tirpilja, nuqqas ta’ dixxiplina wassal biex in-numri tal-każi qed jerġgħu jisplodu ‘l fuq.

David Xuereb qal li l-Kamra tal-Kummerċ ilha tissuġġerixxi għadd ta’ miżuri drastiċi li temmen li għandhom jittieħdu biex tkun ikkontrollata l-imxija tal-virus u li lesta tiddiskutihom fil-laqgħa tal-MCESD.